Lokali

L-ebda kundanna għad-diskors ta’ Manuel Cuschieri

L-ebda kundanna għal dak li qal Manuel Cuschieri t-Tlieta filgħaxija – il-baraxx ta’ theddid li ħareġ minn fommu, mhux biss fuq il-klikka taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista iżda wkoll fuq nies fin-negozju.

Manuel Cuscheri żvela li matul il-jum tat-Tnejn…il-Labour ħassar il-laqgħa tal-Eżekuttuv mal-Grupp Parlamentari. U dan seħħ, allegatament, wara d-diskors ta’ Muscat is-Sibt filgħaxija fi Pjazza Tritoni.

Apparti minn hekk, hedded li se jippubblika l-ismijiet tan-negozjanti li skont hu qed jagħmlu pressjoni fuq Robert Abela biex Joseph Muscat ma jikkontestax għall-MEPs.

Minkejja dan it-theddid car, il-Ministru Owen Bonnici ma kellu ebda kundanna għall-kliem li uża Manuel Cuschieri.

Fid-diskors tiegħu Manuel Cuscheri insista wkoll li Cutajar għaddejja minn martirju, kalvarju u tortura għaliex ma tifformax parti mill-Grupp Parlamentari Laburista – wara li rriżenjat minħabba l-impjieg fantażma mal-ITS. Għalkemm skont is-Segretarju Parlamentari, Alison Zerafa Civelli id-diskussjonijiet interni  dwar Cutajar huma “pożittivi”.

Rosianne Cutajar allegatament kienet ħadet diversi rigali mingħand Yorgen Fenech…. li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. U qalet li hi ukoll kienet lesta titħanżer. Pero skont Zerafa Civelli, Rosianne Cutajar dejjem għinet lil poplu Malti u Għawdxi.