Lokali Parlament

L-isptar tal-annimali jibqa’ magħluq; gvern bla kuxjenza mal-annimali


Janice Chetcuti, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti sostniet fl-Aġġornamnet tal-parlament li l-isptar tal-annimali li gvrn Nazzjonalista kien bena f’Ta’ Qali ilu snin magħluq wara li l-gvern għadu ma laħax ftehim biex dan jerġa’ jibda jopera.


Id-deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti qalet li Gvern Nazzjonalista ħaseb għal inizjattivi biex dawk li jħobbu l-annimali jkolhom iktar serħan tal-moħħ. Il-gvern Nazzjonalista kien waqqaf id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u kien inbena u beda jaħdem l-ewwel sptar tal-annimali f’Ta’ Qali; iċ-Ċentru San Franġisk. Dan kien joffri servizzi tul il-ġurnata kollha u bil-lejl matul il-ġranet kollha tas-sena.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-iskop ta’ dan iċ-Ċentru kien li l-annimali abbandunati kienu jkunu meħuda f’dan iċ-ċentru. Skop ieħor kien li l-gvern ikun ta’ spalla għall-NGOs li jsibu annimali barra u jtuhom il-kura billi jkun hemm prezzijiet ridotti ferm għas-servizzi fl-isptar.


Janice Chetcuti qalet li skop ieħor ta’ dan iċ-Ċentru kien li dawk li jrabbu l-annimali jkollhom moħħhom mistieh li jistgħu jmorru f’dan il-post jekk jinqala’ l-bżonn. Illum kollox inbidel għax jeżisti iss servizz ta’ emerġenza li fih min kollu bżonn jista’ jċempel numru tat-telefon u jkun imqabbad mal-veterinarju. Din is-sitema twassal għal telf ta’ ħin f’mumenti kruċjai meta l-annimali jkollhom bżonn. Minkejja li dan is-servizz hu tajjeb iżda mingħajr iċ-Ċentru ta’ San Franġpisk ma jagħmilx sens.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li fl-2016 inbidel l-operatur taċ-Ċentru u dak iż-żmien il-gvern Laburista kien qal li dan se kun miftuħ 24 siegħa, li l-annimali abbandunati se jkunu trattati b’xejn u li se jkun hemm prezzijiet ridotti fuq servizzi oħra.


Il-gvern kien qal ukoll li dan se jkun sptar state of the art u li kien se jattria annimali minn Sqallija. Mhux talli dan ma seħħx, iżda f’Jannar 2023, il-Gvern sejjaħ lill-Oppożizzjoni għal-laqgħa tal-Kumitat tal-Verifiċi fejn ried li l-Opożizzjoni tirrevdi li kuntratt u li taċċetta li l-annimali miġjuba mid-Direttorat tal-Annimali jkollhom prezijiet iktar ogħlja u l-prezzijiet li kienu jingħataw lill-NGOs ma kinux ridotti. Dak il-kumitat parlaemntari kien sospiż biex tinstab soluzzjoni iżda l-laqgħa li kellha ssir ma saritx.


Janice Chetcuti qalet li l-gvern m’għandux għal qalbu l-ħarsien tal-annimali u enfażizzat li l-PN ma qabilx mal-proposti li ried iressaq il-gvern fil-kuntratt il-ġdid dwar l-isptar tal-annimali.


L-isptar illum m’għadux jopera u f’Awissu li għadda kien hemm ħruq anki fil-makkinarju. Hi staqsiet jekk kienx hemm assigurazzjoni għal dan il-post u kompliet li f’seba’ xhur il-gvern seta’ jibni sptar ġdid u mhux iħalli l-isptar abbandunat.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-poplu għandu dritt ikun jaf għaliex dan l-isptar ingħalaq u għadu magħluq. Il-gvern qed jgħid ukoll li l-aħħar ħlasijiet li l-minsietru għadda lill-operatur kienu fl-2022 iżda mhux iwieġeb għaliex ma ngħaddewx il-pagamenti l-oħra.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li dan kollu juri l-gvern ma jimpurathx mill-annimali u sostniet li hi problema kbira li llum m’hemmx post fejn l-annimali jingħataw il-kura bil-lejl. Iċ-Ċentru San Franġisk kien mgħammar b’apparat partikolari li fil-kliniċi privati ma jinstabx għall-kura tal-annimali.


Hi semmiet każ partikolari ta’ volontiera li tgħin lill-annimali li nnotat li f’post aprtikolari kien hemm tliet iklieb maħqura. Din irrikorriet għand id-Drettur u t-tweġiba kienet li kienu se jmorru u jammonu lis-sid iżda ma setgħux jieħdu l-klieb.


Din il-vonuntiera rat kif għamlet u marret fuq il-post u kkonvinċiet lis-sid biex itiha ha l-klieb li ma kienux iċċippjati. Hi ċċippjat lil dan il-klieb u marret biex ittihom l-ewwel kura.


Irriżulta li dan dawn kellhom marda qerrieda li tittieħed malajr u għalhekk din il-mara xtratilhom il-mediċina li tiswa €210. Il-problema hi li l-ebda klinika ma taċċetta li żżom klieb b’din il-marda għal perjodu fit-tul. Dan minħabba li din il-marda tittieħed b’mod faċli u minħabba li l-klinċi m’għandhomx żoni ta’ iżolament fejn jisnabu klieb mroda kif kellu l-Isptar San Franġisk. Għalhekk din il-mara spiċċat lejl u nhar tieħu ħsieb dawn il-klieb.


Janice Chetcuti rringrazzjat lid-Direttur tal-Annimali Joseph John Vella għall-ħidma li wettaq wara li l-kliniċi ma riedux jaċċettax lil dawn l-annimali morda. Id-Direttur wassal biex il-klien kienu aċċettai u ingħatalhom it-trattament. Minħabba dan id-demwien, kelb minnhom laħaq miet, ieħor mhux stabbli u l-ieħor għadu f’sitwazzjoni inċerta.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-ministru ma jafx x’qed jiġri f’dan id-direttorat u ma jafx li hemm nies li qed joħorġu l-flus tagħhom għaliex il-gvern mhux jipprovi l-flus għall-mediċini li jixtru l-volontiera. Fil-fatt, lil dik il-mara li salvat lil dawn il-klieb, se jinħarġilha kont għat-trattament li ngħataw meta suppost li dan sar mid-Direttorat. Apparti dan, kellhom jittieħdu passi kontra min kien qed iżomm lil dawn il-klieb fi stat ħażin iżda minflok ma ttieħdu passi, din il-mara qed ikollha terfa’ l-piż kollu hi weħidha.