Is-Sibt 16, u l-Ħadd 17 ta’ Marzu, Island Karting Club u Karting Club Malta flimkien mal-Malta Motorsport Federation, qed jorganizzaw it-tieni round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting għal din is-sena, fil-korsa La Reve, f’Ħal Far.
Is-Sibt 16, hija ddedikata għall-klassijiet riservati għall-iżgħar sewwieqa. It-tiġrijiet fil-kategoriji li ġejjin jibdew fl-10am b’sessjoni ta’ taħriġ ta’ 10 minuti. Dawn il-klassijiet huma Rotax Micro, Mini Gr3, u X30 Iame Junior 125cc. Fil-11am tellieqa għall-pole position; fin-12:30pm u fit-15:10pm, pre-final u finali, rispettivament.
Is-sewwieqa adulti se jiddebuttaw il-Ħadd 17, fl-09:45am fil-klassijiet li ġejjin: Iame X30 Masters, Vortex Senior/Master, Rotax, u Iame X30. Il-pole position tibda fil-10:45, il-pre-finali f’12pm u l-finali fis-14:25pm.
Aktar minn 60 sewwieq ser jikkompetu f’dan ir-rawnd tal-kampjonat nazzjonali għal din is-sena.
Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting qed jiġi organizzat b’kollaborazzjoni bejn Karting Club Malta u Island Karting Club u mmexxi mill-Malta Motorsport Federation.
L-avveniment se jkun b’xejn għall-pubbliku, avveniment għall-familja kollha li żgur jintgħoġob minn nies ta’ kull età.
//= $special ?>