Lokali

Nhar il-Ħadd: Attività Politika organizzata mill-PN f’Għawdex

Nhar il-Ħadd, f’attività politika organizzata mill-Partit Nazzjonalista f’Għawdex, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ser ikun qiegħed jiltaqa’ mal-Għawdxin sabiex jiġu indirizzati bosta temi kurrenti li qed jaffetwaw is-soċjetà Maltija.

Din hija parti miż-żjarat li qed jagħmel Bernard Grech, fejn kull nhar ta’ Ħadd qed jiltaqa’ mar-residenti f’lokalitajiet differenti.

Hu ser ikun qed jieħu din l-opportunità biex jitkellem mar-residenti u jisma’ dak li huma jixitiequ jaqsmu miegħu, hekk kif ninsabu ftit xhur biss ‘il bogħod mill-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kif ukoll l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropej.

Din l-attività politika se ssir fil-11am fi Pjazza l-Arċipriet Martin Camilleri, in-Nadur.