Sport Sport Ieħor

Polo: Timijiet Maltin fi Spanja għal tournament organizzat mill-Malta Polo Club

Il-Malta Polo Club b’kollaborazzjoni ma’ EquestriMalta, organizzat tournament barra minn pajjiżna fejn fih plejers minn timijiet lokali ta’ Valletta, Birgu, Mdina u Żejtun ingħaqdu ma’ oħrajn professjonali sabiex setgħu jiksbu esperjenza internazzjonali f’livell għoli ta’ polo.

Kien hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta’ żewġ timijiet tan-nisa EquestriMalta u Veuve Cliquot li wkoll kellhom iċ-ċans jesperjenzaw il-faċilitajiet eċċellenti tal-korsa ta’ Sotogrande, fi Spanja.

Fil-kategorija tal-irġiel kienu Valletta li ħarġu rebbieħa wara li ġabu l-aktar punti, filwaqt li f’dik tan-nisa EquestriMalta rebħu l-kategorija tagħhom.