Lokali

AĠĠORNATA: Inċident ieħor f’sit ta’ kostruzzjoni f’Birkirkara …ebda feruti

Numru ta’ ambulanzi u Pulizija ssejħu fi Triq Fleur de Lys, f’Birkirkara, wara li waqa’ saqaf.

Il-każ seħħ ftit qabel is-1pm. Jirriżulta li waqt li kien għaddej xogħol ta’ bini, waqgħu xi knatan fuq is-saqaf ta’ residenza.

Net News jinsab infurmat li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, għaliex fil-ħin li waqa’ s-saqaf – fortunatament – ma kien hemm ħadd fir-residenza.

Fil-post waslu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili li qed jassistu.