Knisja Kultura Lokali

VARIUS – Wirja ta’ Vari fil-Każin San Gejtanu fil-Ħamrun

Kif inhi d-drawwa f’dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu għal sena oħra se tkun qed torganizza l-wirja ta’ vari bl-isem ta’ ‘Varius’, li din is-sena se ssir fis-sala Dun Frans Camilleri fil-Każin San Gejtanu.

Dawn il-vari huma propjetà ta’ Stephen Laus, membru attiv fl-Għaqda li għal sena oħra ġentilment qed jarma din il-kollezzjoni ta’ vari mill-isbaħ fis-Sede .

Din il-Wirja ser tkun esebita’ minn nhar il-Ħamis 21 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 29 ta’ Marzu fil-ħinijiet fuq il-poster li tistgħu ssibu mehmuż hawn taħt.