Matthew Paris u Adrian C. Casha kienu wkoll ikkonfermati Viċi Presidenti għal terminu ieħor filwaqt li Dr. Maria Azzopardi kienet eletta Viċi President mara għall-ewwel darba fl-istorja tal-Malta Football Association.
20:27: Fil-kummenti wara rebħa tiegħu Bjorn Vassallo qal li l-assoċċjazzjoni kienet tal-membri u dan il-vot ifisser li se tibqa’ tal-membri filwaqt li rringrazzja lil kulħadd għas-sostenn tiegħu.
20:20: Bjorn Vassallo ikkonfermat President tal-Malta Football Association bi 62 vot kontra s-6 voti ta’ Robert Micallef
19:40: Bjorn Vassallo u Robert Micallef iħallu l-kamra sabiex il-membri jkunu jistgħu jivvotaw u jagħżlu kif titlob id-demokrazzija.
19:38: Imiss issa fuq l-aġenda il-ħatra tal-uffiċjali għal mandat ta’ 4 snin, fosthom ovvjament dik l-aktar mistennija ta’ ħatra ta’ President tal-MFA.
19:35: Bjorn Vassallo jgħid li mhux se jkun qed jagħmel diskors sabiex ikun imparzjali.
19:30: Bjorn Vassallo jgħid li sal-1 ta’ Marzu ma tressqet l-ebda mozzjoni u għalhekk l-aġenda tibqa’ dik ikkomunikata. Ikunu wkoll approvati l-minuti tal-aħħar Assemblea Ġenerali.
19:28: Is-Segretarju Ġenerali jagħmel il-verifika tal-lista tal-membri li huma eleġibli biex jivvotaw għal dawn l-elezzjonijiet.
19:15: Waqt diskors qasir, Ludovico Micallef qal li l-erba’ Presidenti li ħadem magħhom kollha għamlu l-għalmu tagħhom għall-ġid tal-futbol Malti. Micallef sellem lil bosta persuni li m’għadomx magħna fosthom lill-eks President ta’ Ħamrn Spartans Victor Tedesco u lill-eks President ta’ Hibernians Tony Bezzina. Fl-aħħar nett, fost ringrazzjamenti li għamel. Ludovico Micallef irringrazzja wkoll lil Fr. Hilary Tagliaferro.
19:08: Bjorn Vassallo qal li issa jmiss li niċċelebraw lil Ludovico Micallef li temm il-kariga tiegħu ta’ Viċi President wara 27 sena fil-kariga u snin oħra f’karigi oħra. Vassallo qal li Ludovico Micallef ħadem ma’ erba’ Presidenti differenti u dejjem wera’ serjetà u lealtà fix-xogħol tiegħu. Bjorn Vassallo jressaq in-nomina tal-Bord Eżekuttiv biex Ludovico Micallef isir Membru Onorarju tal-Malta Football Association. Frans Muscat issekonda din in-nomina. In-nomina kienet approvata mill-membri. Il-mara ta’ Ludovico Micallef, Mary Micallef ingħatat bukkett fjuri bħala apprezzament tas-sapport li uriet lil żewġha f’xogħlu.
19:00: Diskors minn Elkhan Mammadov, Director Member Associations Europe tal-FIFA. Mammadov qal li l-FIFA hija kburija bil-kollaborazzjoni tal-membri kollha fi ħdana filwaqt qal li l-MFA hia attiva ferm fil-FIFA speċjalment fil-fil-programm tal-iżvilupp. Elkhan Mammadov ukoll faħħar is-suċċess tat-tim tan-nisa hu qal li Malta għandha tkomli taħdem biex issaħħaħ il-futbol tan-nisa. Mammadov għalaq billi awgura lill-kontestanti kollha u qal li jkun xi jkun ir-riżultat ovjament il-FIFA se tkun qed tkompli tappoġja lill-futbol Malti.
18:57: Ikun muri feature dwar l-istrateġija tal-UEFA bl-isem ta’ ‘United for Success’
18:55: Filwaqt li rringrazzja lil-assoċjazzjoni tal-istedina, Gabriele Gravina awgura lill-kontestanti kollha għall-elezzjonijiet tal-lejla.
18:50: Fost id-diskors li għamel Gravina feraħ lit-tim Nazzjonali Malti tan-nisa għall-promozzjoni li kisbu fil-UEFA Nations League
18:46: Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo jistieden lil Viċi President tal-UEFA u President tal-FIGC Gabriele Gravina biex jagħmel diskors tal-okkażżjoni
17:50 – Kollox lest biex minn hawn u ftit ieħor tinfetaħ l-Assemblea Ġenerali tal-Malta Footbal Association, bil-qofol tagħha bla dubju tkun l-elezzjoni għall-President tal-MFA bil-kontestanti jkunu l-President attwali Bjorn Vassallo u l-President ta’ Santa Lucia FC Robert Micallef.
Minbarra għall-President tal-assoċjazzjoni, il-membri se jkunu qed jivvotaw ukoll għall tliet Viċi Presidenti, fejn għall-ewwel darba se jkunu eletti żewġ irġiel u mara.
Il-kontesstanti rġiel għall-kariga ta’ Viċi President huma Matthew Paris, Adrian Casha, Samuel Azzopardi, Peter Fenech u Pierre Miceli filwaqt li Maria Azzopardi, Dana Farrugia u Christabelle Chetcuti se jkunu qed jikkontestaw għall-post ta’ Viċi President femminili.
Fost il-mistiedna għal din l-Assemblea Ġenerali, se jkun preżenti l-President tal-Federazzjoni tal-Futbol Taljana, Gabriele Gravina.
//= $special ?>