Knisja Lokali

Folla kbira ta’ devoti toħnoq il-Knisja ta’ Ġieżu

Il-Ġimgħa filgħodu folla kbira ħonqot il-Knisja ta’ Ġieżu b’mijiet ta’ Għawdxin u Maltin jinġabru fi Triq San Ġwann fil-Belt Kapitali – turija cara tad-devozzjoni qawwija u t-tradizzjoni li għadha tinħass ħajja f’dan iż-żmien tar-Randan. Dan hekk kif matul, il-jum il- tniżżel min-niċċa tiegħu…biex  flimkien miegħu għall-ewwel darba, ġiet esposta wkoll ir-relikwa bid-demm ta’ San Franġisk f’għeluq it-800 sena minn meta San Franġisk t’Assisi irċieva l-pjagi.

Il-folla bdiet tinġabar fil-Belt sa minn kmieni filgħodu – f’atmosfera ta’ talb u ġabra, bil-għan li jqimu dan il-kurċifiss li għandu ‘l fuq minn 300 sena.

Sussegwentament għall-ħabta tal-10am l-Arċisqof Charles Scicluna ċċelebra quddiesa fejn insista fuq messaġġ ewlieni – li kull wieħed u waħda minnha qiegħed iġorr salib; min tar-ruħ u min tal-ġisem. Iżda insista li uħud mhux biss qedgħin iġorru tagħhom personali…iżda anke ta’ ħaddieħor f’qalbhom.

L-Arċisqof tenna li hawn persuni li f’qalbhom jostru weġgħat kbar – inkwiet ta’ uliedhom, mard u mwiet.

Monsinjur Scicluna insista sabiex ningħaqdu lkoll flimkien fil-ġabra u t-talb ħalli fl-Għid il-Kbir…. li l-Knisja Kattolika tiċċelebra fl-aħħar tax-xahar….. naslu għall-fejqan.

Waqt il-quddies tqassmu wkoll santi b’tajjar li ntmessu mal-kurċifiss; turija tad-devozzjoni li dan is-salib jiġbed lejh.

Intant, il-ġimgħa d-dieħla mill-istess Knisja tkun qed toħroġ il-purċissjoni devozzjonali tad-Duluri; li ukoll tiġbed lejha, kull sena, follha kbira ta’ nies.