Gelindo Bordin, rebbieħ tal-midalja tad-deheb fil-maratona tal-Olimpjadi ta’ Seoul fl-1988, kien il-mistieden ewlieni f’seminar organizzat minn Teamsport Diadora bl-appoġġ ta’ Sport Malta.
Gelindo Bordin huwa bla dubju wieħed mill-aqwa maratoneti ta’ kull żmien. Rebbieħ tal-maratoni fil-Kampjonat tal-Ewropa fl-1986 fi Stuttgart, u fi Split fl-1990, fl-1989 rebaħ ukoll il-maratona ta’ Boston bil-qofol tal-karriera jibqa’ s-suċċess Olimpiku f’Seoul fl-1988.
Matul is-seminar, Bordin iffoka fuq tliet fatturi ewlenin fil-preparazzjoni ta’ atleti, mit-teknoloġija taż-żraben u l-iżvilupp li seħħ matul l-aħħar snin u l-użu ideali kemm fuq livell amatorjali u wisq aktar f’dak professjonali.
Huwa ta dettalji dwar kif wieħed jirħarreġ għal maratona inkluż nutrizzjoni u eżercizzji necesssarji fil-preparazzjoni.
Dawk preżenti kellhom l-opportunità li fit-track tal-atletika fil-Marsa jippruvaw u jkollhom l-esperjenza li jiġru bl-ewwel żraben carbon plated.
Gelindo Bordin kien ukoll intervistat għall-programm Sport Extra, fejn apparti l-mod kif żviluppa matul il-karriera, għamel ukoll enfażi dwar is-sitwazzjoni attwali fl-atletika internazzjonali u l-mod kif dan l-iżvilupp u tixbieħ seħħ matul l-aħħar snin.
//= $special ?>