Sport Sport Ieħor

Hockey: Qormi Daikin champions ta’ taħt it-18-il sena

Qormi Daikin huma r-rebbieħa tal-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena tal-Assocjazzjoni Maltija tal-Hockey, riżultat ta’ kemm kienu l-iktar tim konsistenti matul l-istaġun 2023/24.

Qormi Daikin temmew qabel GREE Żurrieq Wolves Hotsticks u Marsaskala Heat filwaqt li kisbu 14-il punt minn tmien logħbiet f’kampjonat ta’ erba’ rounds fejn tilfu biss partita kontra GREE Żurrieq Wolves Hotsticks.

It-tim immexxi minn Shawn Dimech skorja xejn anqas minn 38 gowl dan l-istaġun kollu, filwaqt li sofra 19-il gowl.

Bosta mill-plejers li jiffurmaw parti minn dan it-tim diġa’ qed ikollhom esperjenza li jilagħbu mat-tim tal-kbar fil-Kampjonat Nazzjonali tal-ogħla diviżjoni fejn ukoll qed ikollhom wirjiet pożittivi.