Lokali

ILLEJLA: Jingħata bidu għad-dramm tal-Ġimgħa Mqaddsa bl-isem “Tradituri”

Id-dramm b’rabta mal-Ġimgħa Mqaddsa bl-isem “Tradituri” mtella’ minn Tius Production, se jibda illejla fit-Teatru tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista mis-7pm ‘il quddiem.

Id-dramm se jsir ukoll is-Sibt fis-7pm kif ukoll il-Ħadd fit-3pm fejn wieħed jista’ jixtri l-biljetti mir-reception tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

“Tradituri” se jiffoka fuq il-familja ta’ Ġuda l-Iskarjota u l-Passjoni ta’ Ġesù mill-perspettiva ta’ Ġuda. L-udjenza se ssegwi l-istorja ta’ Ġuda minn meta kien tifel ferrieħi u mbagħad se naraw kif inbidel wara diżgrazzja li laqtet lil familtu. Għalhekk l-udjenza se tara kif Ġuda sar persuna mimlija rabja u b’mibegħda kbira lejn Ruma kif ukoll lejn missieru.