“Irridu nkomplu nkunu l-leħen tar-residenti għaliex il-poplu jixraqlu aħjar”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt laqgħa li kellu fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Mosta.
Waqt id-diskors tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li meta jkun hemm il-ħidma fl-interess tal-poplu jkun hemm is-suċċess. Kien għalhekk li ħeġġeġ lill-Kandidati f’isem il-Partit Nazzjonalista sabiex ikomplu għaddejjin bil-ħidma u jitkellmu mar-residenti.
Bernard Grech qal li l-lokalita tal-Mosta jixirqilha ferm aħjar speċjalment meta l-Mostin gergru fuq id-dewmien f’diversi proġetti kif ukoll it-traffiku li qed ikun hawn. Hawnhekk, Bernard Grech aċċenna li jridu jkomplu juru li l-Partit Nazzjonalista jista’ jġib il-bidla.
Apparti minn hekk, Bernard Grech tkellem fuq iż-żjarat li għamel matul il-jum fil-Mosta fejn bosta persuni qasmu miegħu d-diffikultajiet li qed jaffaċċjaw.
//= $special ?>