Internazzjonali

Italja: Tlett itfal tilfu ħajjithom wara nar f’appartament

Ritratt: ANSA

Tewmin ta’ sentejn u tifel ta’ 6 snin tilfu ħajjithom wara li l-appartament fejn kienu jgħixu nħakem minn nirien.

Dan filwaqt li ommhom – Rumena ta’ 32 sena – tilfet ħajjitha waqt li kienet fi triqitha lejn l-Isptar kaġun tal-ġrieħi li ġarrbet.

Rapporti qed jindikaw li l-appartament x’aktarx inħakem minn nirien wara li kien hemm ‘short’ f’heater tal-elettriku; iżda l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet sabiex tiddetermina eżatt x’wassal għan-nirien.