Internazzjonali

L-Istati Uniti: Il-komunitajiet straxxnati minn mewġa ta’ tornadoes

Mietu talanqas tlett persuni waqt sensiela ta’maltempati li żviluppaw f’tornadoes – u b’ numru ta’ Stati Amerikani iġarrbu l-qilla tal-elementi.

L-agħar Stati milqutin mill-maltemp huma Ohio, Indiana u Kentucky, bl-awtoritajiet f’Ohio jikkonfermaw numru ta’ vittmi fost l-istennija li jinstabu aktar mejtin fl-inħawi. Dan ukoll meta numru ta’ djar u stabbilimenti fit-tlett Stati msemmija ġarrbu l-ħsarat sinifikanti b’kaġun tat-tornadoes magħrufin bħala ‘twisters’.

Il-Pulizija fl-Istat ta’ Indiana, intant, ikkonfermaw numru sostanzjali ta’ midruba wara li l-komunità ta’ Winchester spiċċat straxxnata minn tornado.

Il-maltemp anki ħalla ħsarat esatensivi fi trailer park ta’ Ohio u fejn, l-awtoritajiet lokali qed jevalwaw l-iskala tal-qerda.