Waqt żjara fl-Iżvezja, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ġiet milqugħa mill-Prim Ministru Żvediż Ulf Kristersson, fejn kellhom laqgħa li fiha ddiskutew it-temi ewlenin tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-ġimgħa d-dieħla.
F’konferenza tal-aħbarijiet, Metsola qalet li l-investiment fil-futur ifisser ukoll li rridu niżguraw li l-ekonomija tagħna tkun sostenibbli u li t-tkabbir jaħdem għal kulħadd.
Metsola u Kristersson iddiskutew is-suġġett tad-diżinformazzjoni u l-prijorità assoluta li għandha tingħata biex ikun żgurat li r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ma jiġux affettwati minn indħil malizzjuż.
Żiedet tgħid li fi Frar il-Parlament daħħal regoli Ewropej ġodda dwar it-trasparenza, u jumejn ilu vvota favur l-Att dwar il-Libertà tal-Media u l-ewwel Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali fid-dinja ġew adottati mill-Parlament.
Hi bdiet il-ġurnata b’diskussjoni dwar il-futur tal-Ewropa mal-istudenti.
Il-President Metsola qalet li bl-elezzjonijiet Ewropej li jinsabu 12-il ġimgħa ‘il bogħod, “huwa sabiħ li tara tant entużjażmu fost iż-żgħażagħ.” Hija appellat lill-“ġenerazzjoni li jmiss tal-Ewropa” biex isemmgħu leħinhom, jivvutaw u jmexxu lill-Ewropa fid-direzzjoni li jridu.
Intant, Metsola iltaqgħet ukoll ma’ Andres Norlén, Speaker tal-Parlament tal-Iżvezja. Waqt il-laqgħa rrimarkat li l-Parlamenti jridu jaħdmu flimkien għal kompetittività aktar b’saħħitha u tkabbir sostenibbli.
//= $special ?>