Ragel ta’ 56 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat Għawdex.
Il-każ seħħ il-Ħamis għall-ħabta tal-4pm.
Il-Pulizija kkonfermaw li kienet seħħet ħabta bejn vettura Nissan misjuqa mir-raġel – li hu residenti r-Rabat stess – u karozza Renault misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti x-Xewkija. Miegħu, fir-Renault, kellu tifla ta’ 14-il sena minn Għajnsielem.
Ir-raġel ta’ 56 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.
//= $special ?>