Futbol Sport

UCL: Il-holders Manchester City kontra Real Madrid fil-Kwarti tal-Finali

(Ritratt: EPA)

F’Nyon l-Iżvizzera, il-Ġimgħa waranofsinhar ittelgħu il-poloz tal-Kwarti tal-Finali u dik ukoll tas-semifinali tal-UEFA Champions League fejn bla dubju jispikkaw il-konfronti bejn l-14-il darba rebbieħa Real Madrid u l-holders attwali Manchester City, u Paris SG kontra Barcelona.

Il-poloz tal-Kwarti tal-Finali:

Arsenal vs Bayern Munich

Atletico Madrid vs Borussia Dortmund

Real Madrid vs Manchester City

Paris SG vs Barcelona

Il-poloz tas-Semifinali:

Atletico Madrid vs Borussia Dortmund / Paris SG vs Barcelona

Arsenal vs Bayern Munich / Real Madrid vs Manchester City

Il-partiti mill-ewwel leg se jkunu qed jintlagħbu fid-9 u l-10 t’April filwaqt li t-tieni leg jintlagħbu fis-16 u 17 t’April.