Futbol Sport

Coventry City fis-semi finali tal-FA Cup wara rebħa drammatika fuq Wolves

F’ġurnata mimlija partiti fl-Ingilterra, l-iktar partita interessanti waslet propja mill-kwarti finali tal-FA Cup hekk kif Coventry City li bħalissa jinsabu fit-tmien post tal-EFL Championship għaddew għas-semi finali meta għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 2-3.

Coventry ħasdu lill-avversarji wara li rnexxielhom iżommu lil Wolves għall-ewwel 45 minuta, biex sussegwentament marru fil-vantaġġ fit-53 minuta permezz ta’ Elis Simms li sab ix-xibka mill-viċin, u kien protagnoista f’din ir-rebħa storika.

Wolves stennew sat-83 minuta biex skorjaw il-gowl tad-draw meta Rayan Ait-Nouri għamel l-iskor 1-1, b’ Wolves jerġgħu jiskorjaw 5 minuti wara permezz tad-difensur laterali Hugo Bueno.

Kollox kien jidher li kien se jkun tmiem diżappuntanti għal Coventry, madankollu bl-iktar mod drammatiku t-tim miċ-Championship irnexxielu jiskorja żewġ gowls f’temp ta’ ftit sekondi fil-ħin addiżjonali. Kien l-ewwel l-istess Elis Simms li ġab id-draw għat-tim tiegħu b’daqqa ta’ ras fis-97 minuta, b’ Hajl Wright jiskorja l-gowl tar-rebħa ftit mumenti wara mis-suġġeriment tal-eroj Simms.

Fil-partita l-oħra, riżultat mistenni hekk kif Manchester City ma sabu l-ebda diffikultà biex għelbu lil Newcastle United bl-iskor ta’ 2-0, bi Bernardo Silva protagonista b’żewġ gowls f’ismu.

L-ewwel gowl tal-Portugiż wasal wara 13-il minuta logħob mis-suġġeriment ta’ Rodri, bit-tieni gowl jasal ftit wara n-nofsiegha logħob din id-darba mill-assist ta’ Rueben Dias.

Illum:

Wolves v Coventry City 2-3
Man.City v Newcastle U. 2-0
Għada
Chelsea v Leicester 1:45pm
Man. Utd v Liverpool 4:30pm