Futbol Sport

Daqqa ta’ ħarta għal Valleta fil-ġlieda għas-salvazzjoni

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

SANTA LUCIA ……………………… 2

VALLETTA ……………….………….. 0

Santa Lucia: S.Da Paz, M.Ellul, D.Letherby (G.Virano 79′), S.Pisani (T.Abraham 89′ ), T.Nagamatsu, A.Bradshaw, J.Pisani, A.Mrdja, P.De Oliveira, S.Xerri, E.Pinto,

Valletta: A.Guarnone, E.Ruiz (R.Bolanos 70′), O.Barrientos , A.Ferraris (J.Milan 70′),J.Azzopardi (K.Ewurum 45′), F.Falcone, B.Paiber (S.Dimech 80′), L.Prestes(J.Benites 80′), N.Micallef, A.Silas, E.David.

Imwissija:  A.Mrdja 64′, 90′, M.Ellul 90′ (S), E.Ruiz 62;, A.Silas 75′

Tkeċċa: A.Mrdja 90′

Skorjaw: T.Nagamtsu 45′ A.Mrdja 90′ (S)

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti Referees: Alan Camilleri u Shaun Calleja

BOV Plejer tal-Logħba: Victor Luiz (Valletta)

F’partita kruċjali fit-taqtigħa kontra r-relegazzjoni, Valletta naqqsu milli jirbħu għal darb’oħra, din id-darba kontra avversarju dirett fil-parti t’isfel tal-klassifika, hekk kif Santa Lucia ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.

Kollox kien jidher li l-ewwel taqsima se tintemm bla gowls, madankollu fil-ħin addizjonali Santa Lucia marru fil-vantaġġ minn kontrattakk veloċi u nuqqas ta’ attenzjoni mid-difensuri ta’ Valletta, b’ Tatsuro Nagamtsu jikkapitalizza fuq dan l-iżball u jixħet ġewwa.

Intant, Santa Lucia stennew 45 minuta oħra sabiex skorjaw it-tieni gowl u ssiġilaw ir-rebħa fi tmiem drammatiku hekk kif Aleksa Mrdja skorja t-tieni gowl, bl-attakkant jirċieivi t-tieni safra tal-partita ftit sekondi wara.

Federico Falcone ta’ Valletta jaqbeż għal daqqa ta’ ras (Ritratt: Josef Fitzpatrick)