F’rapport ippubblikat mill-Uffiċju Meteoroloġiku, Frar fil-Gżejjer Maltin esperjenza temperatura medja ta’ 14.8°C bejn Diċembru u Frar, li kienet 1.7°C għola min-norma klimatika ta’ 12.6°C.
Ix-xahar ra wkoll 30.3 mm inqas ta’ xita mill-medja, li jindika klima aktar sħuna mix-xhur ta’ qabel… fejn Frar tal-1960 jibqa’ r-rekord tal-għola temperatura rreġistrata fi Frar fejn matul din is-sena t-temperatura tal-arja telgħet għal 26.7°C. L-inqas temperatura rreġistrata x-xahar li għadda kienet ta’ 7.4°C fis-16 ta’ Frar, li hija temperatura pjuttost kiesħa meta mqabbla mal-1.7°C irreġistrata fi Frar tal-1956.
Ix-xahar ta’ Frar ra biss 38.6 mm ta’ xita… li tfisser 30.3 mm taħt in-norma klimatika. Aktar minn nofs din ix-xita seħħet f’ġurnata waħda li kienet fl-24 ta’ Frar fejn il-gżejjer Maltin esperjenzaw żewġ maltempati kbar fix-xahar li għadda, maltempata waħda inqas min-norma.
Frar kellu wkoll aktar minn 200 siegħa ta’ xemx, li qabeż in-norma klimatika bi 13.4 sigħat. L-iktar jum qawwi kien it-18 ta’ Frar, b’10.2 hrs (għaxra punt sagħtejn) ta’ xemx.
Minkejja l-ġranet aktar xemxija, il-veloċità medja tar-riħ baqgħet relattivament konsistenti f’9.6 knots, ftit ‘il fuq min-norma klimatika ta’ 9.4 knots.
L-aktar buffura ta’ riħ qawwija ġiet reġistrata fil-25 ta’ Frar, fejn nefaħ mill-Punent b’direzzjoni tat-Tramuntana u laħqet il-45 knots.
//= $special ?>