Futbol Sport

Fulham b’rebħa konvinċenti fuq Tottenham Hotspur

Tottenham tilfu l-opportunità li javvanzaw fir-raba’ post fil-kampjonat wara telfa diżappuntanti kontra Fulham ta’ 3-0. Minn naħa l-oħra riżultat sodisfaċenti għal Fulham li rnexxielhom ikunu l-ewwel tim li waqqfu lil Tottenham milli jiskorjaw dan l-istaġun

Partita totalment dominata mit-tim ta’ Marco Silva, bl-ewwel gowl jasal fit-42 minuta minn Rodrigo Munez b’xutt baxx fir-rokna tax-xellug.

Sasa Lukic kien l-awtur tat-tieni gowl li wasal fid-49 minuta, bl-istess Rodrigo Munez jisiġilla r-rebħa għat-tim tiegħu u jiskorja d-dopjetta personali fil-61 minuta.

Burnley inqalgħu minn qiegħ il-klassifika wara li għelbu lil Sheffield United 2-1, b’dawn tal-aħħar issa jokkupaw l-aħħar post.

Burnley ħarġu fuq l-offensiva mill-ewwel, hekk kif wara 9 minuti rebħu penalty wara li d-difensur laterali Sergio Reguilon intwera l-karta ħamra minħabba l-foul li kkometta fil-kaxxa fuq Vitinho. Jacob Brunn Larsen kien inkarigat mill-penalty, bid-Daniż isib ix-xibka b’konklużjoni baxxa.

Burnley irduppjaw l-iskor fit-62 minuta permezz ta’ David Datro Fofana, b’ Kristoffer Ajer jiskorja għal Sheffield fit-83 minuta.

Fil-partita l-oħra Luton Town salvaw punt fl-aħħar minuti fil-konfront kontra Nottingham Forest f’ Kenilworth Road.

Christian Wood fetaħ l-iskor għat-Tricky Trees fl-34 minuta, b’ Luke Berry isalva punt gat-tim tiegħu fid-89 minuta.

Illum
Burnley v Brentford 2-1
Luton v Nottingham F. 1-1
Fulham v Tottenham 3-0
Għada
West Ham v A.Villa 3:00pm