Futbol Sport

Furtado jiddeċiedi d-Derby l-Antik b’dopjetta personali

(Ritratt: Joseph Galea)

Neil Camenzuli

FLORIANA ……………………… 2

SLIEMA W  …………………….. 0

Floriana: G.Kitanov, O.El Hasni (J.Grech 83′), K.Reid, M.Nogureira (J.Ulises 83′), D.Vella, O.Spiteri, N.Garcia, C.Zammit, M.Valdzko, G.Yameogo (A.Kouro 9’), L.Furtado

Sliema Wanderers: R.Al Tumi, J.Borg, J.Minala, V.Plut (D.Kondrakov 75’), S.Gomes, M.Beerman (J.Engerer 85′), G.Alcino, D.Kouao (J.Arthur 75’), J.Adukor, H.Freire, G.Acheampong (M.Awad 75’)

Imwissija:  M.Garcia 28’, O.El Hasni 33’, M.Valadzko 55′, 90′ (F), G.Acheampong 37’, J.Minala 67′, M.Awad 90′ (S)

Tkeċċa: M.Valadzko 90′ (F)

Skorjaw: L.Furtado 53’, 83’ (F)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Luke Portelli u Vasil Vasilev

BOV Plejer tal-Logħba: Willis Luis Furtado (Floriana)

Il-Mument Plejer tal-logħba: Willis Luis Furtado (Floriana)

Fid-Derby l-Antik, fl-Istadium Nazzjonali f’konfront bejn żewġ timijiet ta’ storja kbira u li għaddejin minn forma impekkabli f’dan l-istaġun, Floriana ħadu t-tlett punti kruċjali fit-tiġrija għall-kampjonat, bl-attakkant Willis Luis Furtado jkun strumentali fir-rebħa b’doppjetta personali.

Sliema ħarġu fuq l-offensiva l-ewwel hekk kif wara 12-il minuta kien Joseph Minala li minn tarf il-kaxxa rċieva u pprova jsib ix-xibka, bil-konkużjoni tal-midfielder tgħaddi għolja.

Floriana rrispondew fl-20 minuta meta minn żball tad-difensur Beerman rebaħ il-ballun l-attakkant Nogureira, bil-Brażiljan javvanza fil-kaxxa u jixxutja fil-baxx, b’ Al Tumi jsalva tajjeb.

Fid-29 minuta l-Greens għal darb’oħra perikolużi, din id-darba minn ġirja individwali mix-xellug ta’ Kemar Reid tirriżulta f’xutt baxx tal-attakkant Internazzjonali Malti, b’ Al Tumi għal darb’oħra jevita tajjeb.

L-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima waslet fl-44 minuta meta l-midfielder Nicolas Garcia ttanta xortih mid-distanz b’tenttativ b’saħħtu fil-baxx, bil-konklużjoni tgħaddi barra.

L-ewwel taqsima tintemm fi draw bla gowls, b’ Sliema joħorġu tajjeb fl-ewwel kwarta logħob, bil-kumplament tat-taqsima tkun iddominata minn Floriana.

Wara l-ewwel taqsima bla gowls, Floriana kienu ddeterminati li jsibu x-xibka, tant kemm hu hekk li fetħu l-iskor fit-53 minuta meta kien Willis Luis Furtado li minn freekick mil-lemin ittanta xortih u għeleb lil Al Tumi li ħareġ mill-linja tiegħu u ġie megħlub għal kollox fil-baxx.

Floriana żammew il-pressjoni ħames minuti wara meta din id-darba Kemar Reid b’ġirja veloċi jaqbeż żewġ difensuri u jipprova jsib ix-xibka minn barra l-kaxxa, bil-ballun jispiċċa f’’idejn il-goalkeeper.

Fit-78 minuta Floriana rebħu penalty wara li Al Tumi kkommetta foul fuq id-difensur ta’ Floriana El Hasni fil-kaxxa meta ż-żewġ plejers għolew għall-ballun li wasal minn korner, bil-goalkeeper Internazzjonali Malti jitħol bl-irkopa u jweġġa’ sew lil El Hasni. Willis Luis Furtado kien inkarigat mill-penalty, bil-Franċiż isib ix-xibka għat-tieni gowl personali u jisiġilla r-rebħa għat-tim tiegħu.

Fl-aħħar mumenti tal-partita, d-difensur laterali ta’ Floriana Maksim Valadzko ntwera t-tieni karta safra tal-partita, bil-Greens jilagħbu l-kumplament tal-ħin addizzjonali b’ għaxar plejers.

L-iskor sad-90 minuta baqa l-istess, bil-Greens jieħdu t-tlett punti mistħoqqa u jkomplu l-mixja pozittiva tagħhom fit-tiġrija għall-kampjonat.

Joseph Minala jogħla għall-ballun kontra Garcia ta’ Floriana (Ritratt: Joseph Galea)