Andrè Muscat
HIBERNIANS………. 2
SIRENS………………….1
Hibernians: I. Kone, F. Apap, K. Shaw, L. Caruana (C. Bonanni 63’), S. Zuzul, J. Degabriele (A. Antwi 74’), S. Okoh, B. De Souza (R. Bairam 73’), G. Artiles, M. Bagayoko, G. Bastianos (A. Radchenko 73’)
Sirens: E. Akpan, P. Boakye, H. Gomda (B. Asare 81’), N. Pulis, A. Panayiotou, G. Martins, D. Murillo, K. Donsu (M. Akadom 87’), D. Jackson, K. Ntampizas, D. Agius
Imwissija: D. Jackson 40’ (S), L. Caruana 45’ (H)
Tkeċċew: G. Martins 24’ (S)
Skorjaw: F.Apap 23’ (H), D. Jackson 38’ (S), G. Bastianos 45+5’ (H),
Referee: Malcolm Spiteri
Assistenti Referees: Mitchelle Scerri u Max-Lee Muscat
BOV Plejer tal-Logħba: Giannis Bastianos (H)
Il-Mument Plejer tal-logħba: Giannis Bastianos (H)
Fit-Tony Bezzina Stadium, kif kien mistenni Hibernians ħadu l-massimu tal-punti mill-konfront tagħhom kontra Sirens, fil-21 ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota tasal mit-tim ta’ Raħal Ġdid uproprju kien l-ewwel gowl tal-partita meta fit-23 minuta, kien korner mill-lemin tal-Grieg Bastianos lejn l-internazzjonali Malti Ferdinando Apap, b’dan tal-aħħar jogħla fuq kulħadd biex bir-ras fetaħ l-iskor għal Hibernians.
Fl-24 minuta Sirens spiċċaw b’għaxar plejers, wara li Gilberto Martins għamel foul fuq il-goalkeeper ta’ Hibernians Kone, bir-referee Malcolm Spiteri jurih il-karta l-ħamra diretta.
Sirens iġibu draw fis-37 minuta, meta kienet ħarba mix-xellug ta’ Panayioutou li għaddha l-ballun lejn Degran Jackson, b’dan tal-aħħar minn barra l-kaxxa jfajjar xutt lejn ir-rokna tax-xibka biex b’hekk għamel l-iskor 1-1.
Ftit sekondi minn tmiem l-ewwel taqsima Hibernians jidħlu jistrieħu fil-vantaġġ, din id-darba jkun xutt angolat mill-isbaħ ta’ Bastianos bil-ballun jispiċċa wara l-goalkeeper ta’ Sirens Akpan.
B’Hibernians xi ftit aħjar minn Sirens fl-ewwel taqsima, meritatament daħlu jistrieħu fil-vantaġġ mat-tisfira ta’ Malcolm Spiteri.
L-ewwel azzjoni perikoluża tat-tieni taqsima tasal fis-57 minuta mit-tim tal-Pagun, kien Apap li bir-ras xeħet fit-tul lejn il-captain Degabriele bl-Internazzjonali Malti javvanza, u hekk kif daħal fil-kaxxa l-kbira fajjar xutt bil-ballun jispiċċa ftit barra.
Jerġa’ jkun Jurgen Degabriele fit-63 minuta logħob li jersaq viċin li jkabbar l-iskor għal Hibernians meta rċieva l-ballun mingħand Zuzul u prova tentattiv bid-dawra bil-ballun jispiċċa ftit għoli mill-mimduda.
L-isforzi ta’ Sirens kien kollu għal xejn, għaliex Hibernians irnexilhom jikontrollaw il-logħba sal-aħħar biex mat-tisfira finali tar-referee tal-partita Malcolm Spiteri kienu Hibernians li ħarġu bil-punti massimi minn dan il-konfront.
Hibernians jitillgħu fir-raba’ post bit-32 punt, filwaqt li Sirens jibqgħu ta’ qabel l-aħħar post b’9 punti biex b’hekk huma kważi matematikament relegati.
Il-plejer ta’ Hibernians Alex De Souza fil-pussess tal-ballun fir-rebħa missielta kontra Sirens (Ritratt: Josef Fitzpatrick)
//= $special ?>