wara mozzjoni mill-kunsillier tal-PN James Aaron Ellul Il-pitch il-kbir fi Ġnien Re Ġorġ V fil-Furjana se jissemma għal Mark Piscopo, li kien magħruf bħala ‘Il-Lullu’.
Dan se jkun possibbli wara li nhar il-Ħamis li għadda kien hemm qbil għall-mozzjoni li ppreżenta l-kunsillier tal-Partit Nazzjonalista James Aaron Ellul f’laqgħa tal-Kunsill Lokali.
Il-Kunsill Furjaniż qabel ma’ dak propost, filwaqt li wara l-mozzjoni skattat mill-ġdid id-diskussjoni għar-rinnovar xieraq tal-pitch.
F’kumment fuq il-midja soċjali, James Aaron Ellul qal li kif inhu xieraq il-pitch jeħtieġ li jerġa’ jsir mill-ġdid u jitranġa biex b’hekk ikompli jitgawda mill-Furjaniżi u dawk kollha li jżuru dan il-post.
“Żgur mhux forsi li se nkompli nagħmel dak kollu meħtieġ biex il-memorja ta’ Furjaniżi bħal Mark li b’għemilhom taw bil-wisq lil-lokal jibqgħu mnaqqxa f’qalbna u mfakkra.”
Il-mozzjoni ta’ James Aaron Ellul kienet sekondata minn Justine Palmier.
//= $special ?>