“Ejja nkunu determinati li noħorġu b’detterminazzjoni u nindirizzaw l-problema, jeħtieġ li jkun hemm commitment biex nifhmu verament x’inhi s-saħħa mentali u l-bżonn li l-għarfien dwar is-saħħa mentali jiba’ jiżvilupa.”
Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt attivita dwar is-saħħa mentali f’Malta li kienet organizzata mill-MZPN. Bernard Grech kompla jgħid li r-realtà hi li s-saħħa mentali tried tingħata prijorita, hekk kif kulħadd f ‘xi ħin jew ieħor ta’ ħajtu jgħaddi minn żmien diffiċli fejn ikollu bżonn lil xi ħadd min jisimgħu u jgħinu.
Waqt din l-attività kien hemm preżenti wkoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione, is-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino, kif ukoll it-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista, Veronica Perici Calascione.
F’diskors li għamel l-Uffiċjal tal-Politika Soċjali tal-MZPN, Nicolai Bugeja intqal li spiċċa ż-żmien li nistħu nitkellmu fuq is-saħħa mentali, u aċċena għal fatt li fl-aħħar sitt xhur , 17-il impjegat irreżenja mill-Isptar Monte Karmeli u disa’ ħaddiema oħra talbu biex jiġu trasferiti. Nicolai Bugeja kkonkluda jgħid li l-Gvern hemm bżonn li jibda jisma u mhux jagħti dahru għall-proposti tal-Partit Nazzjonalista u tal-profesjonisti.
Preżenti wkoll numru ta’ kandidati għall-elezjonijiet tal-Parlament Ewropew fosthom, Norma Camilleri, David Agius u Lee Bugeja Bartolo.
Il-Professur Joe Vella Baldacchino spjega li nies li jinħarġu mill-Isptar Monte Karmeli ma għandhomx jintbatu fi djar ta’ xjuħ sempliċiment biex ikun hemm iżjed spazzju f’ dan l-isptar. Vella Baldacchino spjega li minkejja fejn tidħol is-saħħa mentali saru passi kbar ‘il quddiem is-saħħa mentali ma tistax tibqa’ tiġi l-aħħar. Hu spjega wkoll li ilna ħafna nistennew sptar ġdid għas-saħħa mentali imma dan għadu ma wasalx u dwar il-formolarju tal-Gvern, Vella Baldacchino qal li dan ilu snin bla prodotti ġodda u saħaq li l-mediċina fuq il-formolarju għandha tkun waħda oriġinali.
Matthias Azzopardi f’isem il-KSU spjega li hu bħala student tal-liġi jiprrova jlaħħaq ma’ ħafna affarijiet hekk kif it-timetable tal-Universitaà għall-istudenti tal-liġi hijj apjuttost mimlija anka meta kkumparata ma’ Universitajiet oħra madwar l-Ewropa u barra minn hekk l-istudenti jiprruvaw ilħaqu ukoll max-xogħol. Madanakollu u spjega li ħafna drabi s-saħħa mentali tal-persuna tiġi influenzata mid-deċiżjonijiet li jieħdu dawk ta’ madwarna u mhux mid-deċiżjonijiet li nagħmlu aħn hekk kif dawn ix ftit jew wisq għandnna kontroll fuqhom. Hu spjega wkoll kif bħala student li jistudja l-liġi ma jistax jifhem kif f test li jkollhom jagħmlu l-istudent jiġu mistoqsija jekk marux għat-terapija dawn l-aħħar snin u spjega wkoll kif illum il-ġurnata ħafna miż-żgħażagħ laqnas jistgħu jimaġinaw kif fi ftit żmien jistgħu jixtru l-post tagħhom.
Dwar il-mistoqsija jekk l-istudenti tal-liġi marux għat-terapija Gail Debono f’isem iċ-Chamber of Psychologists qalet li mistoqsijiet bħal dawn ikomplu jżiedu l-istigma fuq is-saħħa mentali u qalet li kull student għandu jingħata l-għajnuna u s-sapport kollu meħtieġ matul l-istudji tagħhom.
Matul din l-attivita għamel l-intervent tiegħu wkoll ix-Shadow Minister Ian Vassallo Hagi, u kien hemm preżenti wkoll ix-Shadow Minister Bernice Bonello, Stanley Zammit, Mark Anthony Sammut u Albert Buttigieg.
//= $special ?>