Futbol Sport

Lazio jdawru telfa f’rebħa kontra Frosinone

(Ritratt: EPA)

Lazio rnexxielhom idawru telfa f’rebħa barra minn darhom kontra Frosinone bl-iskor finali jkun 3-2.

L-eks difensur laterali ta’ Juventus Pol Lirola fetaħ l-iskor għal Frosinone wara 13-il minuta logħob.

Mattia Zaccagni għamel l-iskor indaqs għal Lazio fit-38 minuta, segwit minn gowl tal-Arġentin Valentin Castellanos mis-suġġerime tta’ Luis Alberto fis-57 minuta.

Lazio komplew ikabbru l-iskor 5 minuti wara meta l-istess Valentin Castellanos sab ix-xibka għat-tieni darba, b’ Frosinone jiskorjaw gowl ta’ konsolazzjoni fis-70 minuta permezz ta’ Walid Cheddira.

Torino kisbu rebħa tajba barra minn darhom kontra Udinese b’gowls f’kull taqsima jiddeterminaw il-partita

L-attakkant Kolombjan Duvan Zapata kien l-ewwel plejer li sab ix-xibka, b’ Torino jmorru fil-vantaġġ wara 10 minuti logħob. Nikola Vlasic kien l-awtur tat-tieni gowl fit-53 minuta, bl-eks West Ham isib ix-xibka mis-suġġeriment ta’ Zapata.

Fil-partiti l-oħra, żewġ riżultati identiċi, b’Monza jegħlbu lil Cagliari 1-0, u Lecce ukoll jiksbu rebħa minima imma kruċjali għas-salvazzjoni ta’ 1-0 fuq Salernitana.

Monza komplew l-istaġun sodisfaċenti tagħhom meta għelbu lil Cagliari bil-gowl ta’ Daniel Maldini fl-41 minuta jkun biżejjed għat-tlett punti.

Minn naħa l-oħra, Lecce komplew ikabbru d-distakk miż-żona l-ħamra b’rebħa fuq Salernitana li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika u sieq waħda fis-Serie B għall-istaġun li jmiss.

Il-gowl tant importanti wasal fis-17-il minuta minn autogowl tad-difensur ċentrali Norbert Gyomber.

Il-Ġimgħa
Empoli v Bologna 0-1
Illum
Monza v Cagliari 1-0
Udinese v Torino 0-2
Salernitana v Lecce 0-1
Frosinone v Lazio 2-3
Għada
Juventus v Genoa 12:30pm
Verona v Milan 3:00pm
Atalanta v Fiorentina 6:00pm
Roma v Sassulo 6:00pm
Inter v Napoli 8:45pm