Internazzjonali

Russu miżmum talli ppjana attakk terroristiku f’isem l-Ukrajna

Raġel Russu qed jinżamm mir-Russi stess wara li allegatament “ippjana attakk terroristiku f’isem l-Ukrajna” fuq it-Trans-Siberian Railway fil-Muntanji Urali. Dan meta l-votazzjoni elettorali daħlet fit-tieni jum tagħha – bil-President Putin bi kważi rebħa garantita.

L-attakk kien allegatament ippjanat mir-raġel ta’ 61 sena, li kien ġie reklutat mill-intelliġenza Ukrena fi Lviv. Is-Servizz tas-Sigurtà Federali tar-Russja qal li r-raġel ammetta l-akkużi u kien qed jikkopera mal-investigazzjoni.