Lokali

Wirja ta’ mudelli varji minn diversi dilettanti

Passjoni liema bħala fost id-dilettanti tal-mudelli hekk kif bħalissa qed tittella’ wirja ta’ madwar 400 mudell fis-sala ta’ Bieb is-Sultan mis-Soċjetà Maltija tal-Mudelli (MSMM).

Minn ajurplani għal vappuri u vetturi u anke figuri ta’ kull forma u qies li jmorru lura għal diversi era differenti – mudelli li jikkonsistu f’ħafna xogħol ta’ ġimgħat u xhur ma jaqtgħu xejn. Bl-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tas-Soċjetà, Peter Calleja qalilna fhix jikkonsisti dan id-delizzju.

Il-President tas-Soċjetà, Joseph Caruana qal ma’ Net News kif dan ix-xogħol jikkonsisti f’ħafna paċenzja li fl-aħħar mill-aħħar itik sodisfazzjon kbir, għalkemm sfortunatament, dan id-delizzju jidher li qed jinqata’ xi ftit fost il-ġenerazzjonijiet iżgħar fl-età.

Din il-wirja annwali se tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sal-24 ta’ Marzu mid-9 ta’ filgħodu ‘l quddiem.