Tul il-jum, Bernard Grech żar diversi lokalitajiet Għawdxin – mhux biss in-Nadur, iżda anke Għajnsielem. Hawn hu iltaqa’ ma’ bosta familji, żgħażagħ u anzjani li kollha qasmu miegħu diversi ħsibijiet dwar l-isfidi li qed jaffaċjaw bħalissa… u l-problemi partikolari ta’ Għawdex.
Il-Kap tal-PN iltaqa’ ukoll ma’ sidien ta’ ħwienet u stabbilimenti, u ma’ diversi ħaddiema.
Ħafna Għawdxin tkellmu ma’ Bernard Grech dwar l-isfida tal-għoli tal-ħajja u ż-żieda fil-prezzijiet.
Oħrajn tkellmu mal-Kap tal-PN dwar is-servizz tal-vapur, u l-fatt li l-Gvern baqa’ ma beniex ir-raba’ vapur – biex baqa’ jinqeda b’vapur second hand li bħalissa qiegħed għat-tiswija.
//= $special ?>