Is-17 ta’ Marzu hu jum sinonimu ħafna ma min iħobb jiddeverti… ġurnata li hija magħrufa bħala Jum San Patrizju.
F’San Ġiljan spikkaw il-bars fit-triq minħabba li din il-festa hija assoċjata mal-birra. Spikkaw ukoll in-nies bi kpiepel u ħwejjeġ ħodor, il-kulur assoċjat ma’ din il festa. Sinonimi ma din il-festa hemm ukoll il-kabboċċa u il-corned beef.
San Patrizju, issa, hija waħda mill-akbar festi ċċelebrata madwar id-dinja, fosthom f’pajjiżna, fejn partikolarment tiġi ċċelebrata bi street party f’San Ġiljan.
Net News tkellem ma diversi persuni li kienu preżenti f’San Ġiljan fejn sostnew x’inhi l-iżjed ħaġa favorita tagħhom dwar Jum San Patrizju.
Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ San Patrizju bdew fl-Irlanda mijiet ta’ snin ilu, hekk kif l-Irlandiżi jiċċelebraw il-patrun tagħhom San Patrizju. Maż-żmien, dawn iċ-ċelebrazzjonijiet inxterdu mad-dinja kollha, partikolarment wara li numru ta’ Irlandiżi emigraw lejn l-Istati Uniti, fejn żammew iċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom.
Huma addottaw il-kulur aħdar bħala kulur ta’ din il-festa, minkejja li oriġinarjament, il-kulur blu kien abbinat mal-patrun tal-Irlandiżi.
//= $special ?>