“Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jħaddem politika li tindirizza l-prijoritajiet tal-Għawdxin.” Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt diskussjoni Politika li saret fin-Nadur, bħala parti mill-ħidma tal-PN għall-Għawdex… għaliex kif saħaq Bernard Grech …. il-Partit Nazzjonalista dejjem kellu u għad għandu lil Għawdex fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu, u fl-aħħar jiem it-tiġdid tal-Partit kompla wkoll f’din il-gżira.
Bernard Grech insista li l-Gvern immexxi minn Robert Abela nesa kompletament lil Għawdex bin-nuqqas ta’ ippjanar, u kompla jberbaq flus il-poplu sabiex il-qalba fi ħdan il-Partit Laburista ikomplu jitħanżru. B’konsegwenza ta’ dan … spiċċat titgħarraq il-kwalita tal-ħajja tal-Għawdxin.
Bernard Grech tkellem fuq il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista għal saħħa aħjar …sabiex is-servizz fl-isptarijiet jibqa’ ta’ kwalita’, u mhux jintesa kif seħħ taħt il-Gvern ta’ Robert Abela.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fakkar fil-wegħda tal-Partit Nazzjonalista li jinbena sptar ġdid f’Għawdex għaliex l-Għawdxin huma fiċ-ċentru tal-Politika tal-PN.
Dan b’kuntlarju ma’ dak li qal l-Gvern Laburista hekk kif wara snin iwiegħed sptar mentali ġdid għal kura psikjatrika akuta …. il-Minsitru tas-saħħa JoEtiene issa għamilha ċara li dan l-isptar mhux se jkun qed isir
Bernard Grech tkellem ukoll fuq il-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-pensjonijiet li ħolqot tħassib kbir. Dan meta ftit ġranet ilu, il-Ministru Michael Falzon ma tax garanzija li fi żmien 20/30 sena, ser tkun garantità. Dan minkejja li l-Labour kien wiegħed li din tal-pensjonijiet, hija raġuni oħra wara l-pjan li jinġiebu ħafna barranin f’pajiżna.
Dwar il-mudell ekonomiku imħaddem mill-Gvern immexxi minn Robert Abela, Bernard Grech insista li dan il-mudell huwa mifni b’qerq liema bħalu…. Dan b’kuntrast ma’ dak li qiegħed jipproponi il-PN – Mudell ta’ eċċellenza b’proposti konkreti bbażati fuq il-kwalità u mhux il-kwantità.
F’din l-attività politika Bernard Grech fakkar ukoll fil-vot li ttieħed fil-Parlament il-Ħamis li għadda kontra l-mozzjoni l-inkjesta Pubblika b’rabta mal-kaz ta’ Jean Paul Sofia …. fejn il-Gvern imblokka r-responsabbiltà politika … U għal darb’ohra baqa’ ħadd ma ġarr responsabbiltà politika għat-traġedja li kienet seħħet f’Kordin, u li fiha tilef ħajtu ż-żagħżugħ ta’ 20 sena.
//= $special ?>