Il-Pulizija qiegħda tappella lill-pubbliku għall-attenzjoni rigward emails qarrieqa li qed jintbagħtu f’isem il-Korp tal-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjonijiet dwar cyber-crime.
Dan wara li fl-aħħar jiem saru rapporti minn numru ta’ persuni li qiegħdin jirċievu emails qarrieqa bil-Malti f’isem il-Korp tal-Pulizija minn indirizz elettroniku falz.
Din l-email qiegħda tintbagħat bl-attenzjoni li bdiet investigazzjoni mill-Brigata tal-Protezzjoni tat-Tfal b’rata ma’ reati li jinvolvu pornografija tat-tfal, pedofelija u anke pornografija fuq l-internet.
Intant, il-Pulizija qed tappella sabiex dawn l-emails jiġu injorati.