Lokali

Illum iċċelebrat San Patrizju

L-attivita' ta' St.Patrick's Day f'San Ġiljan

Il-Maltin bħal kull sena se jkunu qed iżommu l-appuntament tagħhom f’jum San Patrizju hekk kif numru ta’ Maltin u barranin ta’ kull eta’ se jkunu qed jinġabru madwar il-pajjiż f’baħar aħdar sabiex jiċċelebraw din il-festa.

Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ San Patrizju bdew żmien ilu fl-Irlanda, hekk kif l-Irlandiżi jiċċelebraw il-patrun tagħhom San Patrizju, fejn maż-żmien, inxterdu dawn iċ-ċelebrazzjonijiet mad-dinja kollha wara li numru ta’ Irlandiżi emigraw lejn l-Istati Uniti, fejn żammew iċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom. Filwaqt li addottaw il-kulur aħdar bħala kulur ta’ din il-festa, minkejja li oriġinarjament, il-kulur blu kien abbinat mal-patrun tal-Irlandiżi.

Intant, sinonimi ma din il-festa huma l-birra, il-kabboċċa u il-corned beef.

San Patrizju, issa, hija waħda mill-akbar festi ċċelebrata madwar id-dinja, fosthom f’pajjiżna fejn partikolarment tiġi ċċelebrata bi street party f’San Ġiljan.