Internazzjonali

Is-Slovakkja: Jgħidu ‘le’ għal xandir tal-Istat ikkontrollat mill-Gvern

Eluf ta’ nies, fl-aħħar sigħat, inġabru fil-kapitali Bratislava biex jipprotestaw draw riformi li qed isiru fl-Istazzjon tax-Xandir tal-Istat, RTVS.

Dan meta ħafna Slovakki qed jindikaw għadab għall-possibbiltà li l-istazzjon, permezz ta’ riforma kontroversjali, għandu jispiċċa kontrollat mill-Gvern Slovakk immexxi mill-Prim Ministru Robert Fico.

Il-pjan hu biex l-RTVS jaddotta l-isem ġdid ta’ StaR – li jfisser Televiżjoni u Radju Slovakk – u meta aki jridu jitkeċċew il-maġġoranza tal-membri tat-‘top management’ tal-istazzjon bħala parti mir-riforma.

Fost dawk immarkati għat-tkeċċija hemm il-Kap tal-istazzjon partikulari — u fost pjan biex is-suċċessur tiegħu jinħatar minn kunsill li se jitwaqqaf mill-Ministeru għall-Kultura u mill-Parlament – fejn il-koalizzjoni ta’ Fico għandha l-maġġoranza.

Fl-aħħar sigħat, ‘il fuq minn 600 ħaddiem mal-RTVS iffirmaw dikjazzjoni ta’ protesta kontra r-riforma – bid-dimostranti fi Bratislava jfissru l-protesta bħala abbuż dirett tal-liġi tal-Unjoni Ewropea magħrufa bħala l European Media Freedom Act tal-2022….Liġi li tinsisti għall-ħatriet imparzjali u trasparenti tal-management tax-xandir tal-Istat għal kull pajjiż.