Lokali

Jittieħed l-Isptar wara li kien involut f’ħabta f’Ħal Lija

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Raġel spiċċa jsofri minn griħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal lija.

L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-1.30, fi Triq il-Mosta, Ħal Lija.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 29 sena residenti Ħal Luqa tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u nqaleb.

Waqt dan linċident ġarbet xi ħsarat Kia li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 54 sena mill-Mosta.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Intant … l-investigazzjonijiet fuq il-każ għadhom għaddejijn.