Illum fil-5.15 pm fuq Net Television, jixxandar l-20 programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u
preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Fl-ewwel parti tal-programm it-tema ewlenija hija l-basketball wara li fil-ġranet li għaddew
Duncan Fenech inħatar bħala l-kowc nazzjonali tal-Malta Basketball Association.
Fit-tieni parti enfażi dwar dak li seħħ sa issa matul l-2024 fi ħdan l-Aquatic Sports Association
flimkien mal-president tal-ASA – Karl Izzo.
Analiżi dwar it-timijiet nazzjinali tal-waterpolo u l-impenji fil-Kampjonati tal-Ewropa kif wkoll il-partecipazzjoni fl-Għawm Artistiku waqt l- aħħar Kampjonati tad-Dinja f’Doha.
Matul il-programm it-taqsima ‘ Ġimgħa ta’ Sport’ b’servizzi dwar l-avvenimenti li spikkaw
matul il-ġimgħa.
Sport Extra għandu preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-
produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Bernie Dimech u Liam
Briffa.