Lokali

Maxine Pace tirbaħ il-festival Mużika Mużika

Ritratt: Darren Agius minn Mużika Mużika

Maxine Pace hija r-rebbieħa tar-raba’ edizzjoni tal-festival Mużika Mużika.

Maxine Pace, kantanta Maltija magħrufa mal-Maltin, ħarġet rebbieħa fil-festival li ttella’ is-Sibt filgħaxija, bil-kanzunetta miktuba b’lirika Maltija u dedikata għal ommha, ‘Mhux tal-Aħħar’, fuq mużika ta’ Cyprian Cassar u lirika ta’ ta’ Emil Callejja Bayliss b’106 punt, bi 36 minnhom ikunu tal-pubbliku. Bil-grupp Kantera jikklasifika fit-tieni post bil-kanzunetta ‘Vjaġġ Sabiħ’, fuq mużika ta’ Kantera u Micimago u lirika ta’ Joe Julian Farrugia b’90 punt u fit-tielet post jikklasifika Cliff Zammit Stevens bil-kanzunetta ‘Fil-Qrib’, fuq mużika ta’ Philip Vella u lirika ta’ Joe Julian Farrugia, b’83 punt.

Mużika Muiżika, li issa daħal fir-raba’ edizzjoni tiegħu, huwa festival fejn numru ta’ kantanti Maltin jagħtu prestazzjoni tal-kanzunetta tagħhom bil-Malti, fejn 20 kantant l-ewwel jagħtu s-sehem tagħhom f’semi finali, biex mbagħad 12-il kantant jgħaddu għall-finali.

Intant, il-konkors tas-sena li għaddiet, intrebaħ minn Gianluca Bezzina bil-kanzunetta ‘Sabiħa’.