Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza

Raġel ta’ 22 sena residenti Birkirkara weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq, u b’konsegwenza kellu impatt ma’ propjetà privata.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija fi Triq il-Parsott il-Mosta.

Fil-vettura tal-għamla BMW, kien hemm ukoll tfajla ta’ 18-il sena residenti l-Gżira.

Fil-post isejjaħ tim mediku u ambulanza, fejn ħadet ix-xufier l-Isptar Mater Dei għal aktar kura u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.