Lokali

Tifla fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet minn fuq rota

Tifla ta’ 14-il sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tar-rota li kienet qed issuq u waqgħet fil-limiti tal-Aħrax tal-Mellieħa.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza, li ħadet lit-tifla l-Isptar Mater Dei fejn hi ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil ħatret inkjesta.