Lokali Qorti

Arrest mhux ġustifikat għax ma sarx skond il-liġi

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Lara Lanfranco iddikjarat l-arrest ta’ Halejandro Zammit mhux ġustifikat skond il-liġi. Il-pulizija ressqet liż-żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Marsa u akkużatu li kkaguna grieħi ta’ natura gravi mingħajr il-ħsieb li joqtol jew jqiegħed il-ħajja tas-sieħeb tal-eks tfajla tiegħu fil-periklu.

L-ispettur Sarah Kathleen Zerafa qalet li nhar il-Hadd għadda li daħal ġuvni fl-ghassa tal-Marsa miksi kollu demm u allega li qala xeba mingħand Zammit. L-vittma jigi s-sieħeb tal-eks tfajla tiegħu. Hi qalet li ftit tal-ħin wara daħal l-akkużat.

Hu ġie arrestat u għażel li ma jitkellimx mal-pulizija iżda li jitlob l-assistenza ta’ avukat. Qalet li madwar erba’ siegħat wara l-isptar Mater Dei infurmaw lill-pulizija li vittma kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-avukat difensur Franco Debono qal li l-arrest ma sarx skond il-liġi. Huwa qal li liġi tgħid li meta persuna tiġi arrestat b’mod normali, l-pulziija għandha tinforma lill-Maġistrat fi żmien sitt siegħat. Żied li l-liġi tgħid ukoll li l-Maġistrat kellha tkun infurmata fl-immedjat minħabba li l-akkużat daħal minn jeddhu l-għassa tal-pulizija .

Qal li l-liġi tgħid li l-arrest irid jiġi ddikjarat minnufih. L-ispettur qalet li hi bdiet tistenna ċ-ċertifikat jinħareġ mill-isptar, li jistabbilixxi in-natura tal-ġrieħi kkawżati fuq il-vittma sabiex finalment tinforma lill-Maġistrat dwar in-natura tal-akkużi.

L-avukat Debono qal li l-argument tal-Ispettur huwa kollu rrelevanti minħabba li liġi ma tidħolx fil-gravità u natura tal-ġrieħi iħda fuq l-fatt li l-akkużat attenda minn jeddhu. Il-liġi tgħid ukoll, li jekk l-persuna li mar l-għassa minn jeddu, seta’ għamel reat li hemm sentenza ta’ pruġunerija għaliha, għandu jiġi rreġistart l-arrest filwaqt li jingħata avviż immedjat lil Maġistrat.

L-Ispettur qalet li l-akkużat qatt ma tkellem mal-pulizija dwar dak li allegatament għamel anzi talab avukat u qal li ma kienx se jitkellem jekk mhux fil-preżenza tal-avukat. Wara li semgħet it-trattazzjoni tal-partijiet dwar l-validità tal-arrest tal-imputat, u ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-arrest tiegħu, u wara li rat xi tgħid il-liġi, irriħulta li l-proċeduri ma ġewx segwiti, u mhux skond il-liġi.

Għaldaqstant l-Qorti ddikjarat l-arrest invalidu u ordnat li l-Zammit jiġi rrilaxxat. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Sarah Kathleen Zerafa. Għall-akkuċat dehru l-Avukati Franco Debono u Adreana Zammit.