Matul il-lejl li għadda, il-qawwiet Iżraeljani wettqu raid fuq l-isptar ta’ Al-Shifa f’Gaza. B’rapporti ta’ sparar viċin din il-faċilità medika, fejn waslu wkoll numru ta’ tankijiet armati.
L-armata ta’ Natenyahu qed tgħid li l-attakki huma preċiżi u iffukati fuq zoni tal-isptar fejn hemm moħbija t-terroristi tal-Hamas.
Iżda sorsi oħra qed jgħidu li r-raid ġab miegħu kaos u xeni ta’ paniku fl-isptar u l-madwar. Dan apparti li partijiet mill-istess sptar ħadu n-nar kaġun tal-isplużjonijiet.
Hemm ukoll rapporti separati illi qed jindikaw li r-raid ta’ Iżrael ħalla numru ta’ vittmi.
//= $special ?>