Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzpardi Tanti għażel li jaħrab mid-domandi ta’ dan l-istazzjon għal darba, darbtejn, tlieta. Dan meta ġie mistoqsi dwar il-kummenti li għadda l-forċina ta’ Joseph Muscat – Manuel Cuschieri.
Net News saqsa lis-Segretarju Parlamentari Laburista jekk jaqbilx ma’ Cuschieri. Iżda Azopardi Tanti għażel li ma jwieġibx; fost diversi attakki partiġġjani fil-konfront tal-PN.
Il-ġimgħa li għaddiet, Manuel Cuscheri qal li hemm ħafna negożjanti li hu jaf min huma u li qed jaħdmu sabiex l-eks mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat ma jikkontestax għall-MEPs – fatt li qed ikabbar il-qasma bejn il-klikka ta’ Muscat u dik ta’ Robert Abela.
Kummenti li s-Segretarju Parlamentari fl-ebda ħin ma kkundanna. Għalkemm stqarr li l-Partit huwa magħqud.
Imbgħad, mistoqsi mill-ġdid jekk hu jaqbilx ma dawn il-kummenti ta’ Manuel Cuschieri, Azzopardi Tanti rega’ ħarab lil ġurnalisti ta’ dan l-istazzjon.
Il-qasma fil-Labour tant hija evidenti li anke Robert Abela ħass li kellu jappella għall-għaqda.
Is-sitwazzjoni tant gravat, li nies fic-Centru Nazzjonali Laburista qed jgħidu li din saret gwerra fil-miftuħ bejn ta’ Abela u ta’ Muscat – b’dawn tal-aħħar, allegatament, jikxfu l-istorja tat-transazzjonijiet suspetturi fil-kontijiet bankarji tal-familja Abela, b’mod partikolari dawk li għandhom fil-Bank of Valletta; xi ħaġa li xejn ma niżlet tajjeb ma’ Robert Abela.
Min kixfu…kixef ukoll li dan it-tranżazzjonijiet kapaċi jitilgħu għal miljun ewro. Filwaqt li kixfu ukoll kif Abela akkwista tliet propjetajiet u yacht mingħajr ma ħa self mill-bank.
//= $special ?>