Sport Sport Ieħor

Volleyball : Falcons jirbħu t-Tazza Nazzjonali għat-tieni sena nfila

Kien it-team ta’ Falcons li rnexxilu jirbaħ it-tieni finali minn tlieta tat-Tazza Nazzjonali organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Għal darba oħra, f’temp ta’ ġimgħa, fil-kumpless sportiv tal-Kottonera, it-team ta’ Falcons rebaħ lil Paola Executive Security bl-iskor ta’ 3-0. L-iskor tas-sets, Falcons l-ewwel kienu 25-14, 25-13 u 25-20. B’hekk Falcons irnexxilhom jirbħu dan l-unur għat-tieni staġun konsekuttiv. 

Ir-riżultati kollha : 

U19–   BKVC Vixens vs Paola Maypole   3-2

U15–  Swieqi Phoenix Volley Maniacs vs Paola Maypole   0-3

         Swieqi Phoenix Ninjas vs Flyers  1-3

U17–  Paola Maypole vs Depiro  3-2

          Swieqi Phoenix Block N’ Roll vs BKVC Thunder Spikes 3-0

          Swieqi Phoenix Challegers vs BKVC Storms 3-2

Final Numru 2 Tazza Nazzjonali :

Paola Executive Security vs Falcons 0-3