Futbol Sport

Żabbar SP u Melita jiksbu l-promozzjoni għall-Kampjonat Premier

Wara r-riżultati li kisbu fl-aħħar ġranet, Melita u Żabbar ikkonfermaw posthom fil-BOV Premier League għall-istaġun li jmiss.

Iż-żewġ timijiet bħalissa jinsabu b’47 punt fil-grupp tal-ewwel sitta miċ-Challenge League, b’ Melita jegħlbu lil Senglea 1-0, filwaqt li Zabbar kisbu rebħa meritata ta’ 2-0 fuq Marsa.

Minkejja li fadal 4 partiti x’jintlagħbu fil-fażi tal-ewwel sitta, iż-żewġ timijiet akkumulaw distakk ta’ 13-il punt minn Senglea fit-tielet post, li jfisser li huwa matematikament impossibli li jintlaħqu.