Esebizzjoni ġdida fil-bini tal-Esplora li ġiet mnedija b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta, tinkludi teknoloġiji ġodda, fosthom holograms li se jkunu qed juru l-ħajja ta’ taħt il-baħar b’mod interattiv.
L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett huwa li jitwessa’ l-użu tat-teknoloġija fil-kamp marritimu, sabiex aktar studenti jkomplu l-istudju tagħhom f’dan il-qasam ta’ riċerka u biex jingħata aktar tagħrif dwar speċi u ambjenti protetti f’zoni li jaqgħu taħt ‘Natura 2000’.
Pero mhux biss, hekk kif il-Professur Alan Deidun spejga li huwa imporanti li mhux it-tfal biss jitgħalmu dwar l-importanza tal-baħar imma persuni ta’ kull eta’.
Lit-tfal din l-essebizzjoni se tgħinhom jimmaġinaw aħjar id-dinja tal-baħar, biex b’hekk ikompli jżied l-għarfien dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mas-settur marittimu u l-importanza tal-baħar għal Gżejjer Maltin.
Il-Professur Alan Deidun spjega li l-baħar ta’ madwarna ħafna drabi, sfortunatament, jiġi injurat u ma jingħatax l-attenzjoni meħtieġa.
F’din l-esebizzjoni qed tintuża teknoloġija innovattiva u interattiva, bħar-realtà virtwali, robots u holograms, li qegħdin jgħinu biex jedukaw lit-tfal u jagħtu stampa ċara ta’ dak li hemm taħt wiċċ il-baħar.
//= $special ?>