Jake Sullivan, uffiċjal ewlieni fil-White House, żvela li l-President Amerikan Joe Biden kompla jesprimi l-allarm dwar l-ammont ta’ ċivili Palestinjani li qed imutu f’din il-gwerra u li qed jiżdied minn jum għal jum. Ir-rapporti qalu li Biden baqa’ isostni dan il-ħsieb waqt l-ewwel telefonata f’xahar bejnu u l-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu.
U għalkemm Biden sostna l-appoġġ ta’ pajjiżu lil Iżrael fil-kaċċa għat-terroristi, il-President Amerikan enfasizza li Iżrael ikun qed iwettaq żball kbir jekk jinvadi l-inħawi ta’ Rafah….Belt lejn in-nofsinar ta’ Gaza fejn bħalissa hemm ‘il fuq minn miljun refuġjat Palestinjani li ħarbu mill-konflitt fl-ibnadi l-oħrajn tat-territorju.
Sullivan qal li invażjoni fuq dan il-livell għandha twassal aktar imwiet tal-innoċenti, bil-kriżi umanitarja f’Gaza tiggrava b’mod inkontrollabbli. Hu wissa li azzjoni militari tal-Iżraeljani f’Rafah għandha anki żżid l-anarkija madwar Gaza – b’Iżrael jispiċċa aktar iżolat minn qatt qabel fuq livell internazzjonali.
Mietu ‘il fuq minn 31,000 ċivili Palestinjani mietu mis-7 ta’ Ottubru ‘il hawn; b’din iċ-ċifra qed tqanqal kundanna kbira mill-komunità internazzjonali fost il-kritika għal Iżrael anki min-naħa tal-pajjiżi alleati.
//= $special ?>

