Floriana Young Stars saħħew l-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lit-tim tal-qiegħ White Hart bl-iskor ta’ 6-1.
Floriana Young Stars issa jokkupaw l-ewwel post b’vantaġġ ta’ 4 punti fuq GREE Żurrieq Wolves Hotsticks. Il-konfront li jmiss għal Floriana huwa l-finali tas-Super Cup kontra Qormi Daikin.
Kien konfront missielet għall-Greens hekk kif fl-ewwel żewġ quarters id-difiża ta’ White Hart irnexxiela tirreżisti l-attakki tal-avversarju, b’ Floriana japprofittaw fuq l-għejja tal-avversarji fl-aħħar żewġ quarters
Anton Saliba iċċelebra bl-aqwa mod għeluq sninu meta skorja erba’ gowls filwaqt li Justin Farrugia u Ali Rizwan żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom. L-uniku gowl ta’ White Hart ġie skorjat minn Divi Zwier.
Umpires għal din il-partita kienu Keith Calleja u John Williams.
Intant fil-Hockeys 7s, Qormi Daikin qabżu fl-ewwel post tal-klassifika meta għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks bl-iskor finali jkun 4-1.
Ayrton Falzon skorja tripletta filwaqt li Nathan Pace Gasan ukoll niżżel ismu fost l-iskorers.
Iż-Żrieraq skorjaw l-uniku gowl tagħhom permezz ta’ Nicholas Runza.
Umpires kienu Glen Bonello u Karl Chircop.
Mill-kampjonat ta’ taħt is-16 -il sena Marsaskala Summer Nights A rebħu bl-iskor kbir ta’ 11-0 lil Floriana Young Stars filwaqt li fil-kategorija ta’ taħt it-12-il sena, Marsaskala Summer B għelbu lil De La Salle Floriana 6-0.
//= $special ?>