Diversi uffiċjali tal-Pulizija jinsabu frustrati għall-fatt li l-Korp tal-Pulizija mhux jipprovdji kompjuters lil ċertu units fi ħdan il-Korp.
Sorsi li tkellmu magħna qalulna li fl-aħħar xhur saru talbiet lir-Riżorsi Umani biex jingħataw laptop jew kompjuter għad-diversi units li joperaw minn barra d-Depot. Iżda r-risposta dejjem qed tkun li mhemmx kompjuters.
“Ħallewna bla riżorsi”, qalilna uffiċjal għoli fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.
Dawn il-kompjuters huma kruċjali biex isir input ta’ rapporti fis-sistema tal-Korp tal-Pulizija; sistema li hija ċentralizzata.
//= $special ?>