Futbol Sport

Imut Joe Barone general manager ta’ Fiorentina

(Ritratt: EPA)

Tħabbret il-mewt ta’ Joe Barone, general manager ta’ Fiorentina. Hu kellu 57 sena.

Barona tah attakk tal-qalb nhar il-Ħadd ftit qabel il-partita ta’ Fiorentina f’Bergamo kontra Atalanta, u ttieħed b’urġenza fi sptar f’Milan. Sussegwentement il-partita tas-Serie A ġiet bejn Atalanta u Fiorentina ġiet posposta. Barone miet fl-Isptar San Raffaele.

Barone twieled l-Italja iżda trabba fi New York. Martu, Camilla, ħalliet Firenze l-Ħadd u l-erba’ uliedu waslu mill-Istati Uniti t-Tnejn filgħodu.

Ġimagħtejn ilu, Fiorentina fakkru s-sitt anniversarju mill-mewt tal-captain Davide Astori, li nstab mejjet fil-kamra tal-lukanda tiegħu wara arrest kardijaku qabel partita f’Udine.

Il-partita li jmiss ta’ Fiorentina hija fit-30 ta’ Marzu f’darhom kontra AC Milan.